Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0440

    Kawża T-440/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – TM vs BĊE

    ĠU C 391, 27.9.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 391/20


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – TM vs BĊE

    (Kawża T-440/21)

    (2021/C 391/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: TM (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 2020 li taħtar lil P. fil-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali Sistemi ta’ Informazzjoni minflok ir-rikorrent;

    tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv bid-data tal-11 ta’ Mejju 2021 li tiċħad l-appell speċjali ppreżentat mir-rikorrent mid-deċiżjoni li ma ħatritux;

    li tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali subit minnu minħabba d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 li jammontaw għal EUR 73 679,47;

    tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu morali tiegħu fl-ammont ta’ euro simboliku.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 8a(c) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u tal-Artikoli 1a.1.1 (b), 1.a.2.1.1 u 1a.2.6.1 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE; ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti; ksur tal-interess tas-servizz.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-proċedura ta’ reklutaġġ 2020-2738-EXT minħabba ksur tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 1a.3.1.2, 1 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE u użu ħażin ta’ poter.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1a.2.7.9, 1a.2.7.10 u 1a.2.7.11 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE; nuqqas ta’ motivazzjoni; ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


    Top