EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0709

Kawża T-709/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“Rikors għal annullament – Protezzjoni tad-data personali – Abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija – Soluzzjoni tat-tilwim bejn awtoritajiet superviżorji mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data – Deċiżjoni vinkolanti – Artikolu 60(4) u Artikolu 65(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Nuqqas ta’ inċidenza diretta”)

ĠU C 63, 20.2.2023, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – WhatsApp Ireland vs Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(Kawża T-709/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Protezzjoni tad-data personali - Abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija - Soluzzjoni tat-tilwim bejn awtoritajiet superviżorji mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data - Deċiżjoni vinkolanti - Artikolu 60(4) u Artikolu 65(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Nuqqas ta’ inċidenza diretta”)

(2023/C 63/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WhatsApp Ireland (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis, A. Vallery, avukati, P. Nolan, B. Johnston, C. Monaghan, solicitors, P. Sreenan, D. McGrath, SC, C. Geoghegan u E. Egan McGrath, barristers)

Konvenut: Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: I. Vereecken u G. Le Grand, aġenti, assistiti minn G. Ryelandt, E. de Lophem u P. Vernet, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni vinkolanti 1/2021 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tat 28 ta’ Lulju 2021, dwar it-tilwima bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati mnissla mill-abbozz ta’ deċiżjoni dwar WhatsApp elaborat mid-Data Protection Commission (l-Awtorità ta’ Sorveljanza fil-Qasam tal-Protezzjoni tad-Data Personali tal-Persuni Fiżiċi, l-Irlanda).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika tal-Finlandja, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-Computer & Communication Industry Association, u lanqas fuq it-talbiet għal kunfidenzjalità li huma qajmu.

3)

WhatsApp Ireland Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Repubblika tal-Finlandja, il-Kummissjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Computer SK Communication Industry Association għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


Top