Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0653

    Kawża T-653/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – Callaway vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Politika agrikola komuni – Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – Varjetajiet ta’ pjanti – Produttur tal-varjetà ta’ qanneb Finola – Żoni kkultivati fil-Polonja – Varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal sostenn finanzjarju li jaqa’ taħt il-politika agrikola komuni – Kontenut ta’ tetrahydrocannabinol (THC) – Awtorizzazzjoni mogħtija lill-Polonja li tipprekludi l-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetà Finola fit-territorju tagħha – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 463, 5.12.2022, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 463/46


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2022 – Callaway vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-653/21) (1)

    (“Rikors għal annullament - Politika agrikola komuni - Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli - Varjetajiet ta’ pjanti - Produttur tal-varjetà ta’ qanneb Finola - Żoni kkultivati fil-Polonja - Varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal sostenn finanzjarju li jaqa’ taħt il-politika agrikola komuni - Kontenut ta’ tetrahydrocannabinol (THC) - Awtorizzazzjoni mogħtija lill-Polonja li tipprekludi l-kummerċjalizzazzjoni tal-varjetà Finola fit-territorju tagħha - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”)

    (2022/C 463/67)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: James C. Callaway (Kuopio, il-Finlandja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker u F. Castilla Contreras, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1214 tat-22 ta’ Lulju 2021 li tawtorizza lill-Polonja tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħha tal-varjetà ta’ qanneb Finola skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (ĠU 2021, L 265, p. 1). Dan jinvoka wkoll, abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, eċċezzjonijiet ta’ illegalità tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU L 130, 19.5.2016, p. 7), kif ukoll tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU 2014, L 181, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika tal-Polonja.

    3)

    James C. Callaway għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 24, 17.1.2022.


    Top