Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0522

    Kawża T-522/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – XH vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 – Deċiżjoni li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tar-rikorrenti – Deċiżjoni li ma tiġix promossa r-rikorrenti – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Natura ta’ ordni pubbliku – Punt ta’ tluq – Talba għal għajnuna legali – Sospensjoni tat-termini – Komputazzjoni tat-termini – Tardività – Każ fortuwitu jew forza maġġuri – Żball skużabbli – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/47


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2022 – XH vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-522/21) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2020 - Deċiżjoni li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tar-rikorrenti - Deċiżjoni li ma tiġix promossa r-rikorrenti - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku - Punt ta’ tluq - Talba għal għajnuna legali - Sospensjoni tat-termini - Komputazzjoni tat-termini - Tardività - Każ fortuwitu jew forza maġġuri - Żball skużabbli - Inammissibbiltà”)

    (2023/C 63/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: XH (rappreżentant: K. Górny-Salwarowska, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, L. Hohenecker u L. Vernier, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, l-ewwel, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2020 li tirrifjuta li timmodifika l-fajl Sysper 2 tagħha, ikkonfermata b’deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha, it-tieni, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 li ma tinkludix isimha fil-lista tal-uffiċjali promossi fl-2020, ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2021 li tiċħad l-ilment tagħha u, it-tielet, il-kumpens tad-dannu subit.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    XH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 237, 20.6.2022.


    Top