This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0312
Case T-312/21: Judgment of the General Court of 14 December 2022 — SY v Commission (Civil service — Recruitment — Notice of competition — Open Competition EPSO/AD/374/19 — Decision not to include the applicant’s name on the competition reserve list — Action for annulment — Amendment of the notice of competition after a part of the admission tests have been carried out — Lack of legal basis — Legitimate expectations — Legal certainty — Force majeure — Equal treatment — Entitlement to special arrangements — Organisation of the tests remotely — High pass rate of internal candidates — Action for failure to act)
Kawża T-312/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Rikors għal annullament – Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni – Nuqqas ta’ bażi legali – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Forza maġġuri – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali – Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet – Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)
Kawża T-312/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Rikors għal annullament – Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni – Nuqqas ta’ bażi legali – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Forza maġġuri – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali – Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet – Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)
ĠU C 63, 20.2.2023, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/21) (1)
(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Rikors għal annullament - Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni - Nuqqas ta’ bażi legali - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Forza maġġuri - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali - Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet - Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)
(2023/C 63/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: SY (rappreżentant: T. Walberer, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, T. Lilamand u D. Milanowska, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, l-ewwel, l-annullament tal-addendum għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 (ĠU 2020, C 374A, p. 3), li mmodifika l-modalitajiet tal-eżamijiet ta’ din il-kompetizzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19, tal-konvokazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Novembru 2020 sabiex isir eżami, tal-lista ta’ riżerva stabbilita mill-imsemmija kompetizzjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-deċiżjonijiet dwar ir-reklutaġġ ta’ kandidati abbażi ta’ din il-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li tikkonferma d-deċiżjoni li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva. It-tieni, huwa jitlob, sussidjarjament, li fis-sentenza li ser tingħata tippreċiża r-rekwiżiti konkreti li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni legali li kien jinsab fiha qabel l-illegalità mwettqa mill-imsemmi Bord tal-Għażla, sabiex dan ikun jista’ jinkludi ismu fil-lista ta’ riżerva. It-tielet, huwa jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata l-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 265 TFUE, peress li hija naqset milli tibgħatlu deċiżjoni dwar l-ilment amministrattiv tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2021.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
SY għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha. |