This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0347
Case C-347/21: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 15 September 2022 (request for a preliminary ruling from the Spetsializiran nakazatelen sad — Bulgaria) — Criminal proceedings against DD (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in criminal matters — Directive (EU) 2016/343 — Strengthening of certain aspects of the presumption of innocence and of the right to be present at the trial in criminal proceedings — Article 8(1) — Right of an accused person to be present at the trial — Examination of an incriminating witness in the absence of the accused person — Possibility of remedying the infringement of a right at a later stage in the proceedings — Additional examination of the same witness — Directive 2013/48/EU — Right of access to a lawyer in criminal proceedings — Article 3(1) — Examination of an incriminating witness in the absence of the lawyer of the accused person)
Kawża C-347/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess kontra tiegħu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Artikolu 8(1) – Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha – Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata – Possibbiltà li l-ksur ta’ dritt jiġi rrimedjat fi stadju sussegwenti tal-proċedura – Smigħ addizzjonali tal-istess xhud – Direttiva 2013/48/UE – Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Artikolu 3(1) – Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-avukat tal-persuna akkużata)

ĠU C 418, 31.10.2022, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 418/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DD
(Kawża C-347/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess kontra tiegħu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Artikolu 8(1) - Dritt ta’ persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha - Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-persuna akkużata - Possibbiltà li l-ksur ta’ dritt jiġi rrimedjat fi stadju sussegwenti tal-proċedura - Smigħ addizzjonali tal-istess xhud - Direttiva 2013/48/UE - Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Artikolu 3(1) - Smigħ ta’ xhud tal-prosekuzzjoni fl-assenza tal-avukat tal-persuna akkużata)
(2022/C 418/13)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
DD
fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
meta, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-proċess kontra tagħha u tad-dritt tagħha ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat, il-qorti nazzjonali tipproċedi bi smigħ addizzjonali ta’ xhud tal-prosekuzzjoni, sa fejn, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tagħhom, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha ma setgħux ikunu preżenti għas-smigħ preċedenti ta’ dan ix-xhud, ikun biżżejjed li l-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu jistgħu jeżaminaw liberament lill-imsemmi xhud, sakemm, qabel dan is-smigħ addizzjonali, il-persuna akkużata u l-avukat tagħha jkunu ngħataw kopja tal-proċess verbal tas-smigħ preċedenti tal-imsemmi xhud. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jkunx neċessarju li jiġi rrepetut, fl-intier tiegħu, is-smigħ li jkun sar fl-assenza tal-persuna akkużata u tal-avukat tagħha billi jiġu invalidati l-atti proċedurali mwettqa waqtu.