EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0263

Kawża T-263/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 278, 12.7.2021, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services)

(Kawża T-263/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 278/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: R. Gioia u L. Mansi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1545/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rochem Marine u Rochem Group.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Rochem Group AG u Rochem Marine Srl.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


Top