EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0378

Kawża T-378/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (SAS, Id-Danimarka; Covid-19) (“Għajnuna mill-Istat – Suq Daniż tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mid-Danimarka lil kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Garanzija – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Impenji li jikkundizzjonaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Għajnuna intiża li tirrimedja d-danni kkawżati minn avveniment straordinarju – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 242, 21.6.2021, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (SAS, Id-Danimarka; Covid-19)

(Kawża T-378/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Daniż tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mid-Danimarka lil kumpannija tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Garanzija - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Impenji li jikkundizzjonaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Għajnuna intiża li tirrimedja d-danni kkawżati minn avveniment straordinarju - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 242/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. C. Laprévote, S. Rating, I.-G. Metaxas-Maranghidis u V. Blanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Nymann-Lindegren u M. Søndahl Wolff, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), SAS AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: F. Sjövall, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2416 finali tal-15 ta’ April 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56795 (2020/N) – Id-Danimarka – Kumpens għad-dannu kkawżat lil SAS mill-pandemija tal-COVID-19.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża u SAS AB għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


Top