Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0121

    Kawża T-121/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – IP vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Investigazzjoni tal-OLAF – Rimbors ta’ spejjeż mediċi – Sanzjoni dixxiplinari – Xoljiment tal-kuntratt mingħajr preavviż – Artikolu 10(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Reċidiva – Artikolu 27 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Deċiżjoni li tilqa’ talba intiża sabiex ma jitħalla ebda riferiment għal sanzjoni preċedenti fil-fajl personali – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Natura mhux infurzabbli fir-rigward tal-uffiċjal, u mhux invokabbli kontra dan tal-aħħar, ta’ sanzjoni li ma għad fadal ebda riferiment għaliha fil-fajl personali”)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – IP vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-121/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Investigazzjoni tal-OLAF - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Sanzjoni dixxiplinari - Xoljiment tal-kuntratt mingħajr preavviż - Artikolu 10(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Reċidiva - Artikolu 27 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni li tilqa’ talba intiża sabiex ma jitħalla ebda riferiment għal sanzjoni preċedenti fil-fajl personali - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Natura mhux infurzabbli fir-rigward tal-uffiċjal, u mhux invokabbli kontra dan tal-aħħar, ta’ sanzjoni li ma għad fadal ebda riferiment għaliha fil-fajl personali”)

    (2021/C 490/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: IP (rappreżentanti: L. Levi, S. Rodrigues u J. Martins, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2019 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ xoljiment mingħajr preavviż tal-kuntratt tal-impjieg tiegħu.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Awwissu 2019 li timponi fuq IP is-sanzjoni dixxiplinari ta’ xoljiment mingħajr preavviż tal-kuntratt tal-impjieg tiegħu hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


    Top