Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0616

Kawża C-616/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Koln – il-Ġermanja) – M2Beauté Cosmetics GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 – Kunċett ta’ “prodott mediċinali skont il-funzjoni” – Assenza ta’ studju xjentifiku – Konoxxenzi xjentifiċi relatati ma’ analogu strutturali – Regolament (KE) Nru 1223/2009 – Prodott kożmetiku – Effetti benefiċi konkreti fuq is-saħħa tal-bniedem – Effetti benefiċi immedjati jew fuq perijodu ta’ żmien – Effetti pożittivi fuq id-dehra)

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Koln – il-Ġermanja) – M2Beauté Cosmetics GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-616/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 - Kunċett ta’ “prodott mediċinali skont il-funzjoni” - Assenza ta’ studju xjentifiku - Konoxxenzi xjentifiċi relatati ma’ analogu strutturali - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Prodott kożmetiku - Effetti benefiċi konkreti fuq is-saħħa tal-bniedem - Effetti benefiċi immedjati jew fuq perijodu ta’ żmien - Effetti pożittivi fuq id-dehra)

(2022/C 463/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Koln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M2Beauté Cosmetics GmbH

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali, kif emendata bid-Direttiva 2010/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 fir-rigward tal-farmakoviġilanza,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

awtorità nazzjonali tista’, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ prodott bħala “prodott mediċinali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tistabbilixxi l-proprjetajiet farmakoloġiċi ta’ dan il-prodott billi tibbaża ruħha fuq l-għarfien xjentifiku dwar analogu strutturali tal-imsemmija sustanza, meta ebda studju xjentifiku dwar is-sustanza li tikkomponi l-imsemmi prodott ma jkun disponibbli, jekk il-livell ta’ analoġija huwa tali li jippermetti, abbażi ta’ analiżi oġġettiva u xjentifikament fondata, li jiġi preżunt li sustanza preżenti fi prodott, b’konċentrazzjoni partikolari, għandha l-istess proprjetajiet bħal sustanza eżistenti, li għaliha l-istudji rikjesti huma disponibbli.

2)

Il-punt 2(b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2010/84:

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

prodott li jimmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi jista’ jiġi kklassifikat bħala “prodott mediċinali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk ikollu effetti konkreti benefiċi għas-saħħa. F’dan ir-rigward, titjib fid-dehra, li jwassal għal benefiċċju fuq tul ta’ żmien miż-żieda tal-awtostima jew tal-benesseri li joħloq, huwa suffiċjenti meta jippermetti t-trattament ta’ patoloġija rrikonoxxuta. Min-naħa l-oħra, prodott li jtejjeb id-dehra mingħajr ma jkollu proprjetajiet dannużi u li ma għandux effetti benefiċi fuq is-saħħa ma jistax jiġi kklassifikat bħala “prodott mediċinali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


Top