This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0595
Case C-595/20: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 10 February 2022 (request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof — Austria) — UE v ShareWood Switzerland AG, VF (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Law applicable to contractual obligations — Regulation (EC) No 593/2008 (Rome I) — Consumer contracts — Choice of applicable law — Article 6(4)(c) — Exclusion of contracts relating to a right in rem in immovable property or to a tenancy of immovable property — Contract of sale, including a lease agreement and a service agreement, relating to trees planted for the sole purpose of being harvested for profits)
Kawża C-595/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UE vs ShareWood Switzerland AG, VF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Kuntratti ta’ konsum – Għażla tal-liġi applikabbli – Artikolu 6(4)(ċ) – Esklużjoni ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà – Kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, dwar siġar imħawla bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għall-profitt)

ĠU C 148, 4.4.2022, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 6–6
(GA)
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UE vs ShareWood Switzerland AG, VF
(Kawża C-595/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) - Kuntratti ta’ konsum - Għażla tal-liġi applikabbli - Artikolu 6(4)(ċ) - Esklużjoni ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà - Kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, dwar siġar imħawla bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għall-profitt)
(2022/C 148/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UE
Konvenuti: ShareWood Switzerland AG, VF
Dispożittiv
L-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ, li jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, li jirrigwarda siġar imħawla fuq art mikrija bil-għan waħdieni li jiġu maħsuda għal skopijiet ta’ lukru, ma jikkostitwixxix “kuntratt li għandu bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.