EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0584

Kawżi Magħquda C-584/20 P u C-621/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Landesbank Baden-Württemberg (C-584/20 P), Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni vs Landesbank Baden-Württemberg (C-621/20 P) (Appell – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 – Awtentikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Data kunfidenzjali – Legalità tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63)

ĠU C 349, 30.8.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Landesbank Baden-Württemberg (C-584/20 P), Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni vs Landesbank Baden-Württemberg (C-621/20 P)

(Kawżi Magħquda C-584/20 P u C-621/20 P) (1)

(Appell - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2017 - Awtentikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Data kunfidenzjali - Legalità tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63)

(2021/C 349/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

(Kawża C-584/20 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, V. Di Bucci u A. Steiblytė, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Landesbank Baden-Württemberg (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, Rechtsanwälte), Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: K.-P. Wojcik, P. A. Messina, J. Kerlin u H. Ehlers, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, Rechtsanwälte, u F. Louis, avocat)

Intervenjent insostenn tal-appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġent)

Intervenjenti insostenn ta’ Landesbank Baden-Württemberg: Fédération bancaire française (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avocats)

(Kawża C-621/20 P)

Appellant: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: K. P. Wojcik, P. A. Messina, J. Kerlin u H. Ehlers, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann u P. Gey, Rechtsanwälte, u F. Louis, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Landesbank Baden-Württemberg (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, Rechtsanwälte), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, V. Di Bucci u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġent)

Intervenjent insostenn ta’ Landesbank Baden-Württemberg: Fédération bancaire française, stabbilita fi Pariġi (Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avocats)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Settembru 2020, Landesbank Baden-Württemberg vs SRB (T-411/17, EU:T:2020:435), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), hija annullata inkwantu din tikkonċerna lil Landesbank Baden-Württemberg.

3)

L-effetti tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), inkwantu din tikkonċerna lil Landesbank Baden-Württemberg, huma miżmuma fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għas-sena 2017.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha stess relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell.

5)

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell, l-ispejjeż ta’ Landesbank Baden-Württemberg relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.

6)

Landesbank Baden-Württemberg, il-Fédération bancaire française u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.

ĠU C 443, 21.12.2020.


Top