Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0420

    Kawża C-420/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra HN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali – Artikolu 6 – Direttiva (UE) 2016/343 – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Artikolu 8 – Dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu – Deċiżjoni ta’ ritorn flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul għal perijodu ta’ ħames snin – Kundizzjonijiet għall-finijiet taż-żamma ta’ proċess fl-assenza tal-persuna kkonċernata – Obbligu li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu previst fid-dritt nazzjonali)

    ĠU C 418, 31.10.2022, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 418/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra HN

    (Kawża C-420/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48 - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikolu 6 - Direttiva (UE) 2016/343 - Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Artikolu 8 - Dritt li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu - Deċiżjoni ta’ ritorn flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul għal perijodu ta’ ħames snin - Kundizzjonijiet għall-finijiet taż-żamma ta’ proċess fl-assenza tal-persuna kkonċernata - Obbligu li wieħed ikun preżenti għall-proċess tiegħu previst fid-dritt nazzjonali)

    (2022/C 418/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski rayonen sad

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    HN

    fil-preżenza ta’: Sofiyska rayonna prokuratura

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-persuni ssuspettati u għall-persuni akkużati fil-kuntest ta’ proċedura kriminali li jkunu preżenti għall-proċess tagħhom.

    2)

    L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2016/343

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti ż-żamma ta’ proċess fl-assenza tal-persuna ssuspettata jew tal-persuna akkużata meta din il-persuna tkun tinsab barra minn dan l-Istat Membru u fl-impossibbiltà li tidħol fit-territorju tiegħu, minħabba projbizzjoni ta’ dħul adottata fir-rigward tagħha mill-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmi Stat Membru.


    (1)  ĠU C 399, 23.11.2020.


    Top