Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0136

    Kawża C-136/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zalaegerszegi Járásbíróság – l-Ungerija) – Proċedura marbuta mar-rikonoxximent u mal-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq LU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI – Eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji – Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku – Artikolu 5(1) – Reati li jagħtu lok għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt – Artikolu 5(3) – Reati li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru għandu l-possibbiltà li jissuġġetta r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni għall-kriminalità doppja tal-fatt – Stħarriġ mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tal-klassifikazzjoni legali mogħtija lir-reat mill-Istat Membru emittenti fiċ-ċertifikat li jakkumpanja d-deċiżjoni ta’ sanzjoni)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zalaegerszegi Járásbíróság – l-Ungerija) – Proċedura marbuta mar-rikonoxximent u mal-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq LU

    (Kawża C-136/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI - Eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji - Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku - Artikolu 5(1) - Reati li jagħtu lok għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt - Artikolu 5(3) - Reati li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru għandu l-possibbiltà li jissuġġetta r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni għall-kriminalità doppja tal-fatt - Stħarriġ mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tal-klassifikazzjoni legali mogħtija lir-reat mill-Istat Membru emittenti fiċ-ċertifikat li jakkumpanja d-deċiżjoni ta’ sanzjoni)

    (2021/C 490/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Zalaegerszegi Járásbíróság

    Parti fil-kawża prinċipali

    Konvenut: LU

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fin-nuqqas ta’ xi waħda mir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent jew ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni espressament previsti minn din id-deċiżjoni qafas, ma tistax, bħala prinċipju, tirrifjuta li tirrikonoxxi u teżegwixxi deċiżjoni li timponi b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja meta l-awtorità tal-Istat emittenti tkun ikklassifikat ir-reat inkwistjoni, fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, bħala li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ reati li għalihom l-Artikolu 5(1) ma pprevediex verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt.


    (1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


    Top