Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0867

Kawża T-867/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

ĠU C 68, 2.3.2020, pp. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/46


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-867/19)

(2020/C 68/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RA (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2019, meħudha b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2018, RA vs Il-Qorti tal-Awdituri (T-874/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:757), li ma jiġix promoss għall-grad AD 11 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2016;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallsu somma ta’ EUR 8 000 għad-dannu morali mġarrab;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni pprovduta fir-risposta ta’ ċaħda tal-ilment, peress li l-motiv rilevanti u individwali li jiġġustifika n-nuqqas ta’ promozzjoni tar-rikorrent ma huwiex identifikat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea peress li ma twettaqx eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali kollha intitolati għal promozzjoni. Fil-fatt, minn naħa, peress li wettqet eżami “globali” tal-merti tal-uffiċjali intitolati għal promozzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra ma wettqitx l-eżerċizzju komparattiv fuq bażi ugwali. Min-naħa l-oħra, hija applikat b’mod irregolari l-kriterju tal-użu tal-lingwi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ adozzjoni tal-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fi żmien raġjonevoli, li kkawża lir-rikorrent dannu morali sinjifikattiv, li għandu għaldaqstant jiġi kkumpensat.


Top