This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0639
Case T-639/19: Action brought on 25 September 2019 — Sánchez Romero Carvajal Jabugo v EUIPO — Embutidos Monells (5Ms MMMMM)
Kawża T-639/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)
Kawża T-639/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)
ĠU C 383, 11.11.2019, p. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/73 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)
(Kawża T-639/19)
(2019/C 383/81)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, SAU (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J.M. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Embutidos Monells, SA (San Miguel de Balenya, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “5Ms MMMMM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 338 998
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1728/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiċħad, konsegwentement, ir-Reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 16 338 998“5Ms MMMMM” fil-klassi 29; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lil dawk li jopponu għal dan ir-rikors. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.