Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0153

    Kawża T-153/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva ‘komposti tar-ram’ – Tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq – Sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Assoċjazzjonijiet – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Perizja”)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-153/19) (1)

    (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘komposti tar-ram’ - Tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq - Sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Assoċjazzjonijiet - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Perizja”)

    (2021/C 490/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: European Union Copper Task Force (Springfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u I. Naglis, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Stefani, C. Ionescu Dima u A. Tamás, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kornilaki u E. Karlsson, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 317, p. 16).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    European Union Copper Task Force hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


    Top