This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0645
Case C-645/19: Request for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Brussel (Belgium) lodged on 30 August 2019 — Facebook Ireland Limited, Facebook Inc., Facebook Belgium BVBA v Gegevensbeschermingsautoriteit
Kawża C-645/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit
Kawża C-645/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit
ĠU C 406, 2.12.2019, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit
(Kawża C-645/19)
(2019/C 406/17)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Facebook Ireland Limited, Facebook INC, Facebook Belgium BVBA
Konvenuta: Gegevensbeschermingsautoriteit
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 55(1), 56 sa 58, u 60 sa 66 tar-Regolament (UE) 2016/679 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità superviżorja li, skont leġiżlazzjoni nazzjonali adottata b’implimentazzjoni tal-Artikolu 58(5) ta’ dan ir-regolament, għandha s-setgħa li tibda proċeduri legali quddiem qorti fl-Istat Membru tagħha kontra ksur ta’ dan ir-regolament, ma tistax teżerċita dik is-setgħa fir-rigward ta’ pproċessar ta’ data transkonfinali jekk ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija għal dan l-ipproċessar ta’ data transkonfinali? |
2) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar ta’ data transkonfinali ma jkollux l-istabbiliment prinċipali tiegħu f’dan l-Istat Membru iżda jkollu stabbiliment ieħor? |
3) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-awtorità superviżorja nazzjonali tibda proċedura legali kontra l-istabbiliment prinċipali tal-kontrollur tal-ipproċessar pjuttost milli kontra l-istabbiliment li jinsab fl-Istat Membru tagħha stess? |
4) |
Huwa rilevanti l-fatt li l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun bdiet proċeduri legali qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-regolament (25 ta’ Mejju 2018)? |
5) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu effett dirett, b’mod li awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tinvoka l-imsemmi artikolu sabiex tibda jew tissokta bi proċeduri legali kontra persuni privati anki jekk l-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 ma jkunx ġie speċifikament traspost fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, minkejja l-obbligu li dan isir? |
6) |
Jekk ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun fl-affermattiv, l-eżitu ta’ tali proċeduri jipprekludi konstatazzjoni kuntrarja għal dik tal-awtorità superviżorja ewlenija fil-każ li fih din tinvestiga l-istess attivitajiet ta’ pproċessar transkonfinali jew attivitajiet simili konformement mal-mekkaniżmu previst fl-Artikoli 56 u 60 tar-Regolament 2016/679? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.