This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0742
Case C-742/19: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 15 July 2021 (request for a preliminary ruling from the Vrhovno sodišče Republike Slovenije — Slovenia) — B.K. v Republika Slovenija (Ministrstvo za obrambo) (Reference for a preliminary ruling — Protection of the safety and health of workers — Organisation of working time — Members of the armed forces — Applicability of EU law — Article 4(2) TEU — Directive 2003/88/EC — Scope — Article 1(3) — Directive 89/391/EEC — Article 2(2) — Military activities — Concept of ‘working time’ — Stand-by period — Dispute concerning the remuneration of a worker)
Kawża C-742/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovejna) – B. K. vs Republika Slovenija (Ministrstvo za obrambo) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Membri tal-forzi armati – Applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 4(2) TUE – Direttiva 2003/88/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(3) – Direttiva 89/391/KEE – Artikolu 2(2) – Attivitajiet tas-suldati – Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” – Perijodu on call – Tilwima dwar ir-remunerazzjoni tal-ħaddiem)

ĠU C 349, 30.8.2021, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 349/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovejna) – B. K. vs Republika Slovenija (Ministrstvo za obrambo)
(Kawża C-742/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Membri tal-forzi armati - Applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 4(2) TUE - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(3) - Direttiva 89/391/KEE - Artikolu 2(2) - Attivitajiet tas-suldati - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Perijodu on call - Tilwima dwar ir-remunerazzjoni tal-ħaddiem)
(2021/C 349/05)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B. K.
Konvenut: Republika Slovenija (Ministrstvo za obrambo)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 4(2) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ għassa eżerċitata minn suldat hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva:
|
2) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li perijodu on-call li matulu suldat huwa obbligat jibqa’ fi ħdan il-kwartieri fejn huwa assenjat iżda ma jwettaqx xogħol effettiv jiġi rremunerat b’mod differenti minn perijodu on-call li matulu huwa jwettaq xogħol effettiv. |