Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0551

    Kawżi Magħquda C-551/19 P u C-552/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Regolament (UE) Nru°806/2014 – Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni – Artikolu 18 – Proċedura tar-riżoluzzjoni – Kundizzjonijiet – Entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Dikjarazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ – Att preparatorju – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

    (Kawżi Magħquda C-551/19 P u C-552/19 P) (1)

    (Appell - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Regolament (UE) Nruo806/2014 - Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni - Artikolu 18 - Proċedura tar-riżoluzzjoni - Kundizzjonijiet - Entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Dikjarazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ - Att preparatorju - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

    (2021/C 278/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) (rappreżentant: inizjalment irrappreżentati minn O. Behrends u M. Kirchner, avukati, sussegwentement minn O. Behrends,

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentant inizjalment irrappreżentati minn E. Koupepidou u G. Marafioti, aġenti, assistiti minn J. Rodríguez Cárcamo, avukat, sussegwentement minn E. Koupepidou, G. Marafioti u R. Ugena, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-Bank Ċentrali Ewropew: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, sussegwentement minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    L-appelli inċidentali huma miċħuda.

    2)

    Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi r-raġunament stabbilit fil-punt 34 tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Mejju 2019, ABLV Bank vs BĊE (T-281/18, EU:T:2019:296), u tas-6 ta’ Mejju 2019, Bernis et vs BĊE (T-283/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:295), is-suġġett tal-appelli, huma miċħuda bħala inammissibbli.

    3)

    ABLV Bank AS hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C-551/19 P.

    4)

    Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-552/19 P.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 305, 9.09.2019.


    Top