Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0692

    Kawża T-692/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE

    ĠU C 35, 28.1.2019, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/27


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE

    (Kawża T-692/18)

    (2019/C 35/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Marco Montanari (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tirrifjuta totalment jew parzjalment lir-rikorrent l-aċċess għad-dokument iċċitat iktar ’il fuq;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikors dirett kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2018 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għar-rapport tad-29 ta’ Lulju 2017 stabbilit fit-tmiem tal-missjoni ta’ funzjoni ta’ medjazzjoni, mill-Kap ta ’ Diviżjoni ta’ “Sostenn għall-missjonijiet”.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet jikkostitwixxi l-prinċipju legali u li l-possibbiltà ta’ rifjut hija l-eċċezzjoni. Madankollu, l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u invokati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ma jistgħux jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti għar-raġuni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu msemmi hawn fuq ma ġewx sodisfatti.

    2.

    It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn difett jew nuqqas ta‘ motivazzjoni suffiċjenti.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    Top