Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0296

    Kawża C-296/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Chambre disciplinaire de première instance de l’ordre des chirurgiens-dentistes de Midi-Pyrénées (Franza) fl-24 ta’ April 2018 – Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne vs RG, RG

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Chambre disciplinaire de première instance de l’ordre des chirurgiens-dentistes de Midi-Pyrénées (Franza) fl-24 ta’ April 2018 – Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne vs RG, RG

    (Kawża C-296/18)

    (2019/C 4/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Chambre disciplinaire de première instance de l’ordre des chirurgiens-dentistes de Midi-Pyrénées

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne

    Konvenuti: RG, RG

    Permezz ta’ digriet tat-23 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet:

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi b’mod ġenerali u assolut kull pubbliċità tal-membri tal-professjoni odontoloġika, sa fejn din tipprekludihom minn kull użu ta’ proċessi pubbliċitarji li jippromwovu lilhom infushom u l-kumpannija tagħhom fuq is-sit tal-internet tagħhom.


    Top