Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0179

    Kawża C-179/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Gent (il-Belġju) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Ronny Rohart vs Federale Pensioendienst

    ĠU C 182, 28.5.2018, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Gent (il-Belġju) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Ronny Rohart vs Federale Pensioendienst

    (Kawża C-179/18)

    (2018/C 182/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeidsrechtbank Gent

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ronny Rohart

    Konvenut: Federale Pensioendienst

    Domanda preliminari

    Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni legali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, flimkien mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma tippermettix, fil-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem abbażi tal-prestazzjonijiet tiegħu fi Stat Membru, li jittieħed inkunsiderazzjoni s-servizz militari mwettaq minn dan il-ħaddiem f’dan l-Istat Membru, peress li matul l-imsemmi servizz militari u sussegwentement, huwa kien, b’mod interrott, uffiċjal tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 5).


    Top