Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0347

Kawża C-347/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 53 – Ċertifikat dwar deċiżjoni f’materja ċivili u kummerċjali li jinsab fl-Anness 1 – Setgħat tal-qorti tal-oriġini – Verifika ex officio tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi”)

ĠU C 383, 11.11.2019, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte

(Kawża C-347/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 53 - Ċertifikat dwar deċiżjoni f’materja ċivili u kummerċjali li jinsab fl-Anness 1 - Setgħat tal-qorti tal-oriġini - Verifika ex officio tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi”)

(2019/C 383/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Avv. Alessandro Salvoni

Konvenuta: Anna Maria Fiermonte

Dispożittiv

L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif emendat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas-26 ta’ Novembru 2014 flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti tal-oriġini adita b’talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 53, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni definittiva, tkun tista’ tivverifika ex officio jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament inkisrux, sabiex il-konsumatur jiġi informat dwar il-ksur eventwalment ikkonstatat u sabiex ikun tista’ jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju previst fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


Top