Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0290

    Kawża C-290/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Fawna u flora selvaġġa – Konservazzjoni ta’ habitats naturali u ta’ fawna u flora selvaġġa – Artikolu 4(4) – Annessi I u II – Siti ta’ importanza Komunitarja – Nuqqas ta’ indikazzjoni – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Miżuri neċessarji – Nuqqas ta’ adozzjoni)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-290/18) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Fawna u flora selvaġġa - Konservazzjoni ta’ habitats naturali u ta’ fawna u flora selvaġġa - Artikolu 4(4) - Annessi I u II - Siti ta’ importanza Komunitarja - Nuqqas ta’ indikazzjoni - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Miżuri neċessarji - Nuqqas ta’ adozzjoni)

    (2019/C 383/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Hermes, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Reis Silva, H. Almeida, A. Pimenta u P. Barros da Costa, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma indikatx bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni 61 sit ta’ importanza Komunitarja, irrikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas-7 ta’ Diċembru 2004 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku, u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux iktar tard minn sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, u, billi ma adottatx il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali msemmija fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u l-ispeċi msemmija fl-Anness II ta’ din id-direttiva preżenti fuq dawn is-siti ta’ importanza Komunitarja, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


    Top