EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0266

Kawża C-266/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu — il-Polonja) — Aqua Med sp. z o.o. vs Irena Skóra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Artikolu 1(2) — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni territorjali lill-qorti ddeterminata skont regoli ġenerali — Artikolu 6(1) — Stħarriġ ex officio tan-natura inġusta — Artikolu 7(1) — Obbligi u setgħat tal-qorti nazzjonali)

ĠU C 206, 17.6.2019, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu — il-Polonja) — Aqua Med sp. z o.o. vs Irena Skóra

(Kawża C-266/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva - Klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni territorjali lill-qorti ddeterminata skont regoli ġenerali - Artikolu 6(1) - Stħarriġ ex officio tan-natura inġusta - Artikolu 7(1) - Obbligi u setgħat tal-qorti nazzjonali)

(2019/C 206/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aqua Med sp. z o.o.

Konvenuta: Irena Skóra

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hijiex eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel riferiment ġenerali għad-dritt nazzjonali applikabbli f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni tat-tilwim bejn il-partijiet kontraenti.

2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regoli proċedurali, li għalihom tagħmel riferiment klawżola tal-kuntratt, li jippermettu lill-bejjiegħ jew fornitur jagħżel, fil-każ ta’ rikors għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni allegat ta’ kuntratt mill-konsumatur, bejn il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut u dik li għandha ġurisdizzjoni fuq il-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt, sakemm l-għażla tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ma tkunx tikkawża, għall-konsumatur, kundizzjonijiet proċedurali tali li jkunu ta’ natura li jillimitaw b’mod eċċessiv id-dritt għal rimedju effettiv mogħti lilu mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


Top