This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0104
Case C-104/18 P: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 12 September 2019 — Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ v European Union Intellectual Property Office (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban (Appeal – EU trade mark – Regulation (EC) No 207/2009 – Absolute grounds for invalidity – Article 52(1)(b) – Bad faith at the time that an application for a trade mark is filed)
Kawża C-104/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Artikolu 52(1)(b) – Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)
Kawża C-104/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Artikolu 52(1)(b) – Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)
ĠU C 383, 11.11.2019, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban
(Kawża C-104/18 P) (1)
(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Artikolu 52(1)(b) - Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)
(2019/C 383/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ (représentants: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Joaquín Nadal Esteban (rappreżentant: J. Donoso Romero, abogado)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2017, Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON) (T-687/16, EU:T:2017:853), hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1779/2015-2), hija annullata. |
3) |
It-talba intiża sabiex it-trade mark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida hija miċħuda. |
4) |
Joaquín Nadal Esteban u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati jbatu, f’partijiet ugwali, l-ispejjeż sostnuti minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-687/16 kif ukoll ma’ dik tal-appell. |