Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0028

    Kawża C-28/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro – Regolament (UE) Nru 260/2012 – Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) – Pagamenti permezz ta’ debitu dirett – Artikolu 9(2) – Aċċessibbiltà tal-pagamenti – Rekwiżit ta’ residenza”)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG

    (Kawża C-28/18) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro - Regolament (UE) Nru 260/2012 - Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) - Pagamenti permezz ta’ debitu dirett - Artikolu 9(2) - Aċċessibbiltà tal-pagamenti - Rekwiżit ta’ residenza”)

    (2019/C 383/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

    Konvenut: Deutsche Bahn AG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-ħlas permezz ta’ debitu dirett iddenominat fl-euro mwettaq permezz tal-iskema ta’ debiti diretti stabbilita fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea (debitu dirett SEPA) meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu.


    (1)  ĠU C 104, 19.03.2018.


    Top