This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0067
Case T-67/17: Action brought on 1 February 2017 — Italytrade v EUIPO — Tpresso (tèespresso)
Kawża T-67/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Italytrade vs EUIPO – Tpresso (tèespresso)
Kawża T-67/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Italytrade vs EUIPO – Tpresso (tèespresso)
ĠU C 104, 3.4.2017, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/57 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Italytrade vs EUIPO – Tpresso (tèespresso)
(Kawża T-67/17)
(2017/C 104/79)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Italytrade Srl (Bari, l-Italja) (rappreżentant: N. Clemente, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tpresso SA (Zurich, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “tèespresso” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 543 517
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 959/2016-4
Talbiet
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata kif previst fl-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009 u, fi kwalunkwe każ, kif previst mir-regoli fis-seħħ; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura minn Italytrade srl, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tirriforma s-sentenza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, anki fir-rigward tal-kap tal-ispejjeż u tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti li jkunu tilfu l-kawża għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |