Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0361

    Kawża T-361/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2018 – Eco-Bat Technologies et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Akkordji — Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza — Deċijoni li tirrettifika deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u li timponi multi — Terminu tar-rikors — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 182, 28.5.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2018 – Eco-Bat Technologies et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-361/17) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Akkordji - Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza - Deċijoni li tirrettifika deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u li timponi multi - Terminu tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà”))

    (2018/C 182/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eco-Bat Technologies Ltd (Matlock, ir-Renju Unit), Berzelius Metall GmbH (Braubach, il-Ġermamja) u Société traitements chimiques des métaux (STCM) (Bazoches-les-Gallerandes, Franza) (rappreżentanti: M. Brealey, QC, I. Vandenborre u S. Dionnet, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. van Schaik, G. Conte, I. Rogalski u J. Szczodrowski, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 900 finali, tat-8 ta’ Frar 2017, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.40018 – Riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza), kif rettifikata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2223 finali tas-6 ta’ April 2017, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH u Société traitements chimiques des métaux (STCM) huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


    Top