Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0674

    Kawża T-674/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata mill-Belġju favur il-portijiet tiegħu – Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ attività ekonomika – Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali – Attivitajiet mhux ekonomiċi – Natura indissoċjabbli – Natura selettiva – Artikolu 93 TFUE u Artikolu 106(2) TFUE)

    ĠU C 406, 2.12.2019, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-674/17) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpanniji implimentata mill-Belġju favur il-portijiet tiegħu - Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ attività ekonomika - Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali - Attivitajiet mhux ekonomiċi - Natura indissoċjabbli - Natura selettiva - Artikolu 93 TFUE u Artikolu 106(2) TFUE)

    (2019/C 406/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Le Port de Bruxelles (Brussel, il-Belġju), Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, P. Cottin, L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2115 tas-27 ta’ Lulju 2017 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38393 (2016/C, eks 2015/E) implimentata mill-Belġju — It-taxxa fuq il-portijiet fil-Belġju (ĠU 2017, L 332, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL, il-Port autonome de Namur, il-Port autonome de Charleroi, il-Port autonome de Liège u r-Région wallonne għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


    Top