This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0191
Case C-191/17: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 13 April 2017 — Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte v ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG
Kawża C-191/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ April 2017 – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG
Kawża C-191/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ April 2017 – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG
ĠU C 239, 24.7.2017, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ April 2017 – Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte vs ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG
(Kawża C-191/17)
(2017/C 239/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte
Konvenuta: ING-DiBa Direktbank Austria Niederlassung der ING-DiBa AG
Domandi preliminari
L-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2007/64/KE dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kont ta’ tfaddil online li bih il-klijent (b’maturità kuljum u mingħajr involviment speċjali min-naħa tal-bank) permezz ta’ sistema ta’ online banking, jista’ jagħmel ħlasijiet u jiġbed minn kont ta’ referenza miżmum minnu stess (kont kurrenti fl-Awstrija), għandu jitqies li jidħol ukoll taħt il-kunċett ta’ “kont tal-ħlas” (Artikolu 4(14)) u b’hekk, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva?
(1) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta‘ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta‘ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).