This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0162
Case C-162/17 P: Appeal brought on 30 March 2017 by the Republic of Poland against the judgment of the General Court (Ninth Chamber) delivered on 19 January 2017 in Case T-701/15, Stock Polska v EUIPO — Lass & Steffen (LUBELSKA)
Kawża C-162/17 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 mir-Repubblika tal-Polonja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-19 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-701/15 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA)
Kawża C-162/17 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 mir-Repubblika tal-Polonja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-19 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-701/15 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA)
ĠU C 239, 24.7.2017, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/22 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2017 mir-Repubblika tal-Polonja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-19 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-701/15 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA)
(Kawża C-162/17 P)
(2017/C 239/28)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: Bogusław Majczyna)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla, fl-intier tagħha, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017, Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (Lubelska) fil-Kawża T-701/15; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida; |
— |
tikkundanna lil kull parti għall-ispejjeż rispettivi tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Jannar 2017, Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (Lubelska) fil-Kawża T-701/15 tiġi annullata fl-intier tagħha, u li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni ġdida.
Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Stock Polska z o.o., stabbilita f’Lublin, kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern [UASI; li l-isem tiegħu issa sar l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)], tal-24 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1788/2014-5, li permezz tagħha ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-14 ta’ Mejju 2014 li ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea favur Stock Polska z o.o.
Permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tad-deċiżjoni tal-EUIPO li tippreċedi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, ġiet miċħuda l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “Lubelska” minħabba x-xebh tagħha mat-trade mark “Lubeca”, li jista’ jagħti lok għal probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fil-Ġermanja, fejn hija protetta t-trade mark preċedenti “Lubeca”, fir-rigward tal-oriġini tal-prodotti koperti minn din it-trade mark, skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja.
Ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka l-aggravji segwenti kontra s-sentenza appellata:
1. |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) minħabba nuqqas li ssir evalwazzjoni eżawrjenti tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, abbażi tal-impressjoni ġenerali tal-elementi dominanti u distintivi, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-eżami tax-xebh bejn is-sinjal u t-trade mark preċedenti kien inġustament limitat għall-evalwazzjoni ta’ element wieħed ta’ dan is-sinjal (l-element verbali). Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta aċċettat il-possibbiltà li tillimita l-evalwazzjoni tax-xebh bejn iż-żewġ trade marks għall-evalwazzjoni ta’ wieħed biss mill-elementi li jikkostitwixxu t-trade mark komposta (l-element verbali) u għall-paragun ta’ dan l-element mat-trade mark l-oħra, bl-esklużjoni tal-element grafiku, mingħajr ma stabbilixxiet minn qabel li l-element verbali jikkostitwixxi l-element dominanti, filwaqt li l-element grafiku huwa irrilevanti. Il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet biss li l-element grafiku għandu karattru distintiv dgħajjef, u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li element ta’ sinjal b’karattru distintiv dgħajjef ma jfissirx neċessarjament li dan l-element ma huwiex l-element dominanti. |
2. |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali, minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-EUIPO naqas milli jżomm mal-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu kif stabbilita fil-Linji Gwida tal-EUIPO u, konsegwentement, minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni kuntrarja għal tali prassi. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-EUIPO ma segwiex il-prassi deċiżjonali preċedenti tiegħu, kif stabbilita fil-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, u li ma kienx hemm ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ tali prassi. |
3. |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni ġiet aċċettata l-veraċità ta’ fatti mhux magħrufa u ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fatti li huma komunament magħrufa, bil-konsegwenza li kien hemm rappreżentazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi, b’mod partikolari:
|
4. |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2007/2009 minħabba:
|