This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0060
Case C-60/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spain) lodged on 6 February 2017 — Ángel Somoza Hermo v Esabe Vigilancia, S.A., Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
Kawża C-60/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Ángel Somoza Hermo e Ilunión Seguridad S.A. vs Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
Kawża C-60/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Ángel Somoza Hermo e Ilunión Seguridad S.A. vs Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
ĠU C 121, 18.4.2017, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Ángel Somoza Hermo e Ilunión Seguridad S.A. vs Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
(Kawża C-60/17)
(2017/C 121/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ángel Somoza Hermo u Ilunión Seguridad S.A.
Konvenut: Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1) japplika meta impriża titlef il-kuntratt għal servizzi pprovduti lil klijent minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi f’attività li hija bbażata essenzjalment fuq il-ħaddiema (sorveljanza ta’ istallazzjonijiet), u li l-impriża kontraenti l-ġdida tieħu magħha parti essenzjali mill-persunal assenjat għall-provvista ta’ dan is-servizz, filwaqt li din is-surroga fil-kuntratti ta’ xogħol issir skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tas-settur tas-sigurtà? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru adottata għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE tipprevedi taħt l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva li, wara d-data tat-trasferiment, iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju huma responsabbli in solidum għall-obbligi, inklużi dawk relatati mal-pagi, li joriġinaw minn kuntratti ta’ xogħol qabel id-data tat-trasferiment, interpretazzjoni li tgħid li din ir-responsabbiltà in solidum ma tapplikax meta t-teħid tal-parti l-kbira tal-ħaddiema mill-impriża kontraenti l-ġdida ġdida huwa imposta fuqha mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tas-settur u li dan il-ftehim jeskludi din ir-responsabbiltà in solidum għall-obbligi li joriġinaw qabel it-trasferiment hija konformi mal-Artikolu 3(1) tad-direttiva? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.