Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0686

    Kawża C-686/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli – Frott u ħaxix – Regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni – Kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini” – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 113a(1) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 76(1) – Definizzjonijiet relatati mal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Artikolu 23(1) u (2)(b) – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 60(1) – Regolament Delegat (UE) 2015/2446 – Artikolu 31(b) – Stadji tal-produzzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor – Ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel – Projbizzjoni ta’ ttikkettjar ta’ natura li tqarraq lill-konsumatur – Direttiva 2000/13/KE – Artikolu 2(1)(a)(i) – Regolament (UE) Nru 1169/2011 – Artikolu 7(1)(a) – Artikolu 1(4) – Artikolu 2(3) – Noti ta’ spjega)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

    (Kawża C-686/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli - Frott u ħaxix - Regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni - Kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini” - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 113a(1) - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 76(1) - Definizzjonijiet relatati mal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 23(1) u (2)(b) - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 60(1) - Regolament Delegat (UE) 2015/2446 - Artikolu 31(b) - Stadji tal-produzzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor - Ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel - Projbizzjoni ta’ ttikkettjar ta’ natura li tqarraq lill-konsumatur - Direttiva 2000/13/KE - Artikolu 2(1)(a)(i) - Regolament (UE) Nru 1169/2011 - Artikolu 7(1)(a) - Artikolu 1(4) - Artikolu 2(3) - Noti ta’ spjega)

    (2019/C 383/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV

    Konvenuta: Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 113a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 361/2008 tal-14 ta’ April 2008, u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini”, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet fil-qasam agrikolu, jeħtieġ li jsir riferiment għar-regolamenti fil-qasam doganali għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija, jiġifieri għall-Artikoli 23 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u għall-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

    2)

    L-Artikolu 23(1) u (2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 kif ukoll l-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 952/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 31(b) tar-Regolament Delegat (UE) tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-pajjiż ta’ oriġini tal-faqqiegħ ikkultivat huwa l-pajjiż ta’ ħsad tagħhom, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, indipendentement mill-fatt li stadji ta’ produzzjoni sostanzjali seħħew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni u li l-faqqiegħ ikkultivat ġie ttrasportat fit-territorju ta’ ħsad mill-inqas tlett ijiem biss qabel l-ewwel ħsad.

    3)

    Il-projbizzjoni ġenerali ta’ qerq fil-konfront tal-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti tal-ikel, stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel, u fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, ma hijiex applikabbli, fir-rigward tal-frott u l-ħaxix frisk, għall-indikazzjoni tal-oriġini imposta fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 361/2008, u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 1308/2013.

    4)

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li noti ta’ spjega ma jistgħux jiġu imposti sabiex jikkumplementaw l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini imposta fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 361/2008, u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 1308/2013 sabiex jiġi evitat qerq fil-konfront tal-konsumatur konformement mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13 kif ukoll fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1169/2011.


    (1)  ĠU C 104, 19.3.2018


    Top