EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0612

Kawżi Magħuda C-612/17 u C-613/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti – l-Italja) – Federazione Italiana Golf (FIG) vs Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) vs Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 549/2013 – Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea – Punt 20.15 tal-Anness A – Kontroll imwettaq minn kumitat Olimpiku nazzjonali fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti fil-forma ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru (NPI) – It-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A – Kunċett ta’ “intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività” – Portata – L-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A – Kunċett ta’ “kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm” ta’ NPI – Portata – Punt 2.39(d), punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tan-NPI)

ĠU C 383, 11.11.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti – l-Italja) – Federazione Italiana Golf (FIG) vs Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) vs Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17)

(Kawżi Magħuda C-612/17 u C-613/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 549/2013 - Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea - Punt 20.15 tal-Anness A - Kontroll imwettaq minn kumitat Olimpiku nazzjonali fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti fil-forma ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru (NPI) - It-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A - Kunċett ta’ “intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività” - Portata - L-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A - Kunċett ta’ “kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm” ta’ NPI - Portata - Punt 2.39(d), punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tan-NPI)

(2019/C 383/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federazione Italiana Golf (FIG) (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) (C-613/17)

Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17)

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività”, imsemmi fit-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri kull intervent ta’ unità tas-settur pubbliku li jistabbilixxi jew japplika leġiżlazzjoni intiża sabiex tissuġġetta mingħajr distinzjoni u b’mod uniformi l-unitajiet kollha tal-qasam ta’ attività kkonċernat għal regoli globali, wiesgħa u astratti jew għal linji gwida ġenerali, mingħajr ma tali leġiżlazzjoni tista’, min-natura tagħha jew mill-karattru tagħha partikolarment “eċċessivi”, fis-sens tal-punt 20.309(h) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, tiddetta, fil-fatt, il-politika ġenerali jew il-programm tal-unitajiet tal-qasam ta’ attività kkonċernat.

2)

Il-kunċett ta’ “kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm” ta’ istituzzjoni mingħajr skop ta’ lukru (NPI), fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandu jiġi interpretat bħala l-kapaċità ta’ gvern li jeżerċita b’mod sostenibbli u permanenti influwenza reali u sostanzjali fuq id-definizzjoni u t-twettiq stess tal-għanijiet tan-NPI, tal-attivitajiet tagħha u tal-aspetti operattivi tagħhom kif ukoll tal-orjentazzjonijiet strateġiċi u tal-linji gwida li n-NPI għandha l-intenzjoni li ssegwi fl-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet. F’kawżi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-indikaturi ta’ kontroll imsemmija fil-punt 2.39(a) sa (e), u fil-punt 20.15(a) sa (e) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, kif ukoll fir-rigward tal-indikaturi ta’ kontroll korrispondenti applikabbli għan-NPI, imsemmija fil-punt 20 309 tal-Anness A ta’ dan ir-regolament, jekk amministrazzjoni pubblika, bħall-kumitat Olimpiku nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżerċitax kontroll pubbliku fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti taħt il-forma ta’ NPI, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, billi twettaq, għal dan il-għan, evalwazzjoni globali li timplika, min-natura tagħha, deċiżjoni ġudizzjarja, skont l-aħħar sentenza tal-punt 2.39, il-ħames sat-tmien sentenza tal-punt 20.15, u l-punt 20 310 tal-Anness A tal-imsemmi regolament.

3)

Il-punt 2.39(d), il-punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri lil NPI rregolata mid-dritt privat, bħall-federazzjonijiet sportivi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ kontroll pubbliku. Tali kontribuzzjonijiet jistgħu, minkejja l-kwalità privata tad-debituri tagħhom u l-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom fid-dritt nazzjonali, ikollhom, fil-kuntest tal-indikatur ta’ kontroll relatat mal-livell ta’ finanzjament, imsemmi fil-punt 2.39(d) u fil-punt 20.15(d) tal-Anness A ta’ dan ir-regolament, natura pubblika fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li, mingħajr ma neċessarjament jikkostitwixxu l-korrispettiv tat-tgawdija effettiva tas-servizzi pprovduti, jinġabru fl-interess pubbliku favur federazzjonijiet sportivi nazzjonali li għandhom monopolju fid-dixxiplina sportiva li għaliha huma responsabbli, fis-sens li l-prattika tal-isport fid-dimensjoni pubblika tagħha hija suġġetta għall-awtorità esklużiva tagħhom, sakemm dawn il-federazzjonijiet ma jżommux il-kontroll organizzattiv u baġitarju ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Fil-każ fejn hija tasal għall-konklużjoni li l-imsemmija kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala kontribuzzjonijiet pubbliċi, din il-qorti jkollha tivverifika wkoll jekk, minkejja l-finanzjament kważi totali tal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkonċernati mis-settur pubbliku, il-kontrolli eżerċitati fuq dawn il-flussi ta’ finanzjament humiex suffiċjentement restrittivi sabiex jinfluwenzaw b’mod reali u sostanzjali l-politika ġenerali jew il-programm tal-imsemmija federazzjonijiet jew jekk dawn tal-aħħar jibqgħux f’kapaċità li jiddeterminaw din il-politika jew dan il-programm.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


Top