Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0548

Kawża C-548/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tassazzjoni tal-aġenziji ta’ plejers tal-futbol professjonali — Pagament skedat u suġġett għal kundizzjoni — Fatt taxxabbli, eżiġibbiltà u rkupru tat-taxxa)

ĠU C 35, 28.1.2019, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Goslar vs baumgarten sports & more GmbH

(Kawża C-548/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tassazzjoni tal-aġenziji ta’ plejers tal-futbol professjonali - Pagament skedat u suġġett għal kundizzjoni - Fatt taxxabbli, eżiġibbiltà u rkupru tat-taxxa))

(2019/C 35/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Goslar

Konvenuta: baumgarten sports & more GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 64(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa marbuta ma’ provvista ta’ servizzi ta’ tqegħid ta’ plejers tal-futbol professjonali minn aġent, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija s-suġġett ta’ pagamenti skedati u kundizzjonati fuq diversi snin wara t-tqegħid, jitqiesu li jseħħu fid-data ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


Top