Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0059

    Kawża C-59/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Frar 2016 – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Frar 2016 – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-59/16)

    (2016/C 145/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Shirtmakers BV

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 32(1)(e)(i) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li “l-ispejjeż tat-trasport” ifissru l-ammonti ffatturati mit-trasportaturi effettivi tal-merkanzija importata, inkluż fil-każ li dawn it-trasportaturi ma jkunux iffatturaw dawn l-ammonti direttament lix-xerrej tal-merkanzija importata, iżda lil operatur ieħor li jkun ikkonkluda l-kuntratti ta’ trasport mat-trasportaturi effettivi f’isem ix-xerrej tal-merkanzija importata u li jkun iffattura lil dan ix-xerrej ammonti ogħla minħabba l-intervent tiegħu sabiex jitwettaq it-trasport?


    Top