EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0673

Kawża T-673/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rappreżentanza tal-Unjoni — Preskrizzjoni — Tħassir tal-effetti legali ta’ deċiżjoni li tkun saret definittiva — Preċiżjoni tar-rikors — Ammissibbiltà — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza — Ugwaljanza fit-trattament — Danni materjali — Telf subit — Lucrum cessans — Danni mhux materjali — Rabta kawżali”)

ĠU C 239, 24.7.2017, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-673/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rappreżentanza tal-Unjoni - Preskrizzjoni - Tħassir tal-effetti legali ta’ deċiżjoni li tkun saret definittiva - Preċiżjoni tar-rikors - Ammissibbiltà - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza - Ugwaljanza fit-trattament - Danni materjali - Telf subit - Lucrum cessans - Danni mhux materjali - Rabta kawżali”))

(2017/C 239/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guardian Europe Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Louis, avukat, u C. O’Daly, solicitor)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes u P. Van Nuffel, aġenti), u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u K. Sawyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba, minn naħa, it-tul tal-proċedura fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494), u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament imwettaq fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39165 – Ħġieġ ċatt) u fis-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494).

Dispożittiv

1)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 654 523,43 lil Guardian Europe Sàrl bħala danni materjali subiti minn din il-kumpannija minħabba l-ksur tat-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494). Dan il-kumpens għandu jiġi evalwat mill-ġdid b’interessi kumpensatorji, dekorribbli mis-27 ta’ Lulju 2010 sal-għoti ta’ din is-sentenza, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali stabbilita, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat (uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru li fih hija stabbilita din il-kumpannija.

2)

Il-kumpens imsemmi fil-punt 1) għandu jiżdied bl-interessi moratorji, mill-għoti tas-sentenza odjerna sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Guardian Europe għandha tbati l-ispejjeż tal-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

5)

Guardian Europe, minn naħa, u l-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


Top