Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0601

    Kawża C-601/15 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J. N. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Standards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2008/115/KE — Soġġorn legali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 9 — Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru — Direttiva 2013/33/UE — Punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) — Detenzjoni — Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew tal-ordni pubbliku — Validità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 6 u 52 — Limitazzjoni — Proporzjonalità)

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J. N. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    (Kawża C-601/15 PPU) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Standards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2008/115/KE - Soġġorn legali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 9 - Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru - Direttiva 2013/33/UE - Punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) - Detenzjoni - Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew tal-ordni pubbliku - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 6 u 52 - Limitazzjoni - Proporzjonalità))

    (2016/C 145/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: J. N.

    Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Dispożittiv

    Mill-eżami tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ma jirriżulta ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikoli 6 u 52(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


    Top