This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0111
Case T-111/14: Action brought on 17 February 2014 — Unitec Bio v Council
Kawża T-111/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2014 – Unitec Bio vs Il-Kunsill
Kawża T-111/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2014 – Unitec Bio vs Il-Kunsill
ĠU C 112, 14.4.2014, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/55 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Unitec Bio vs Il-Kunsill
(Kawża T-111/14)
2014/C 112/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unitec Bio SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
Tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u |
— |
Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti billi kkonkludew li kien hemm distorsjoni tal-prezzijiet tal-fażola tas-soja u taż-żejt tas-soja li tiġġustifika l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku (1). |
2. |
It-tieni motiv, li jallega li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping Bażiku, kif interpretat mill-istituzzjonijiet f’din il-kawża, ma jistax jiġi applikat għal importazzjonijiet minn membru tad-WTO peress li huwa inkonsistenti mal-Ftehim Antidumping tad-WTO. |
3. |
It-tielet motiv, li jallega li l-evalwazzjoni tad-dannu tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni fatturi li jħollu r-rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-importazzjonijiet li huma allegatament is-suġġett ta’ dumping bi ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Antidumping Bażiku. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)