This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TA0436
Case T-436/14: Judgment of the General Court of 7 March 2017 — Neka Novin v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken against Iran with the aim of preventing nuclear proliferation — Freezing of funds — Maintenance of the applicant’s name on the list of persons concerned — Error of law — Manifest error of assessment — Proportionality)
Kawża T-436/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità)
Kawża T-436/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità)
ĠU C 121, 18.4.2017, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill
(Kawża T-436/14) (1)
((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità))
(2017/C 121/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Neka Novin Co., Private Joint Stock (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: L. Vidal, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 236 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011 (ĠU 2011, L 136, p. 65), u fuq dik fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), kif ikkomunikata permezz ta’ avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Neka Novin Co., Private Joint Stock għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |