Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0412

Kawża T-412/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ ċerti attivi sfruttati minn impriża jew li jappartjenu għaliha fil-kuntest ta’ programm ta’ privatizzazzjoni — Assenza ta’ kontinwità ekonomika — Rikors mill-benefiċċjarju tal-għajnuna — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”)

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti attivi sfruttati minn impriża jew li jappartjenu għaliha fil-kuntest ta’ programm ta’ privatizzazzjoni - Assenza ta’ kontinwità ekonomika - Rikors mill-benefiċċjarju tal-għajnuna - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))

(2018/C 104/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: I. Dryllerakis, N. Korogiannakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis u E. Rantos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1805, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 37954 (2013/N) – Il-Greċja – Bejgħ ta’ ċerti attivi ta’ Larco General Mining & Metallurgical Company SA. (ĠU 2014, C 156, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


Top