Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0347

    Kawża C-347/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit- 18 ta’ Lulju 2014 – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Lulju 2014 – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat

    (Kawża C-347/14)

    2014/C 329/07

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: New Media Online GmbH

    Konvenut: Bundeskommunikationssenat

    Parti oħra: Bundeskanzler

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2010/13/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) għandu jiġi interpreat fis-sens li jista’ jiġi stabbilit li l-forma u l-kontenut ta’ servizz inkwistjoni huma paragunabbli, bil-mod meħtieġ, ma’ dawk tax-xandir televiżiv meta tali servizzi huma proposti wkoll mix-xandir televiżiv, li jista’ jiġi kkunsidrat bħala medja tal-massa, li huma intiżi għal riċezzjoni minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku ġenerali, u li jista’ jkollhom impatt ċar fuqu?

    2)

    L-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) għandu jiġi interpreat fis-sens li, għall-finijiet li jiġi evalwat l-għan prinċipali ta’ servizz offert fil-każ ta’ verżjonijiet elettroniċi tal-gazzetti, tista’ tiġi kkunsidrata parti minn sezzjoni, fejn hija pprovduta fil-parti l-kbira ġabra ta’ vidjos qosra li, f’sezzjonijiet oħra ta’ dan is-sit tal-internet tal-mezz elettroniku inkwistjoni, jintużaw unikament sabiex jikkompletaw artikoli tal-gazzetta online?


    (1)  ĠU L 95, p. 1.


    Top