EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0018

Kawża C-18/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 16 ta’ Jannar 2014 – CO Sociedad de Gestion y Participación SA et vs De Nederlandsche Bank NV, De Nederlandsche Bank NV/CO Sociedad de Gestion y Participación SA et

ĠU C 112, 14.4.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Jannar 2014 – CO Sociedad de Gestion y Participación SA et vs De Nederlandsche Bank NV, De Nederlandsche Bank NV/CO Sociedad de Gestion y Participación SA et

(Kawża C-18/14)

2014/C 112/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: CO Sociedad de Gestion y Participación S.A., Depsa 96 S.A., INOC S.A., Corporación Catalana Occidente S.A., La Previsión 96 S.A., Grupo Catalana Occidente S.A.,Grupo Compania Espanola de Crédito y Caución, S.L., Atradius N.V., Atradius Insurance Holding N.V., J. M. Serra Farré, M.A. Serra Farré, J. Serra Farré,

Appellata: De Nederlandsche Bank NV

u

Appellanti: De Nederlandsche Bank NV

Appellati: CO Sociedad de Gestion y PArticipación SA, Depsa 96 S.A., INOC S.A., Corporación Catalana Occidente S.A., La Previsión 96 S.A., Grupo Catalana Occidente S.A.,Grupo Compania Espanola de Crédito y Caución, S.L., Atradius N.V., Atradius Insurance Holding N.V., J. M. Serra Farré, M.A. Serra Farré, J. Serra Farré

Domandi preliminari

1)

L-awtorità kompetenti, li tapprova b’mod espliċitu proposta li jsir akkwist kif imsemmi fl-Artikolu 15a tad-Direttiva Antonveneta (1), hija awtorizzata żżid ma’ din l-approvazzjoni restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali? Tagħmel differenza, f’dan ir-rigward, jekk dawn ir-restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet humiex magħmula abbażi ta’ impenji meħuda preċedentement mill-akkwirent propost u li għalihom tirreferi l-premessa 3 tad-Direttiva?

2)

Jekk tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda, ir-restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet imposti mill-awtorità kompetenti għandhom ikunu neċessarji fis-sens li, jekk ma jiġux imposti, l-evalwazzjoni fid-dawl tal-kriterji tal-Artikolu 15b(1) tad-Direttiva Antonveneta tobbliga lill-awtorità kompententi tipprekludi l-akkwist propost?

3)

Jekk huwa permess li jiġu imposti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet, l-Artikolu 15b(1) tad-Direttiva jipprovdi bażi li l-awtorità kompetenti tista’ tuża sabiex timponi, fil-kuntest tal-akkwist, rekwiżiti fil-qasam tal-“amministrazzjoni ta’ impriża” tal-impriża li l-akkwist tagħha huwa propost, bħal pereżempju struttura fuq żewġ livelli tal-Bord ta’ Sorveljanza?


(1)  Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju (ĠU L 247, p. 1).

* NB: Huwa probabbli li dan jirrigwarda l-Artikoli 15a u 15b tad-Direttvia 92/49/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346) u tad-Direttiva 2002/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3) u mhux tad-Direttiva 2007/44/KE


Top