Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0429

    Kawża C-429/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikoli 19, 22 u 29 — Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru fil-każ ta’ dewmien fit-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri — Kuntratt ta’ trasport konkluż mill-persuna li timpjega lill-passiġġieri — Dannu li jirriżulta minn dewmien — Dannu sostnut mill-persuna li timpjega

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

    (Kawża C-429/14) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikoli 19, 22 u 29 - Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru fil-każ ta’ dewmien fit-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri - Kuntratt ta’ trasport konkluż mill-persuna li timpjega lill-passiġġieri - Dannu li jirriżulta minn dewmien - Dannu sostnut mill-persuna li timpjega)

    (2016/C 145/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Air Baltic Corporation AS

    Konvenuta: Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

    Dispożittiv

    Il-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001l, u partikolarment l-Artikoli 19, 22 u 29 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li trasportatur bl-ajru li jkun ikkonkluda kuntratt ta’ trasport internazzjonali ma’ persuna li timpjega persuni ttrasportati bħala passiġġieri, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa responsabbli, fir-rigward ta’ din il-persuna li timpjega, għad-danni li jirriżultaw mid-dewmien tat-titjiriet użati mill-impjegati ta’ din tal-aħħar skont dan il-kuntratt u li huma marbuta mal-ispejjeż addizzjonali sostnuti minn din il-persuna li timpjega


    (1)  ĠU C 421, 24.11.2014.


    Top