This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0340
Case T-340/13: Action brought on 25 June 2013 — Federación Española de Hostelería v EACEA
Kawża T-340/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA
Kawża T-340/13: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA
ĠU C 245, 24.8.2013, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 245, 24.8.2013, p. 7–7
(HR)
24.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/13 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2013 — Federación Española de Hostelería vs EACEA
(Kawża T-340/13)
2013/C 245/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Federación Española de Hostelería (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. del Nogal Méndez u R. Fernández Flores, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva “Edukazzjoni, awdjoviżwal u kultura” (EACEA)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-att 2007-19641 134736-LLP-I-2007-1-ES -leonardo-LMP; |
— |
sussidjarjament, tordna r-restituzzjoni lir-rikorrenti tad-dokumenti mid-data li fiha l-awdituri bagħtuhom f’indirizz żbaljat, sabiex ir-rikorrenti tkun tista’ tifformula l-allegazzjonijiet rilevanti; |
— |
sussidjarjament, tordna t-tnaqqis tal-ħlas lura mitlub, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-onorarji professjonali u spejjeż oħra li rriżultaw minħabba din il-proċedura; |
— |
tordna li l-Kummissjoni tħallas lura s-somom irċevuti kif ukoll l-interessi moratorji. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-proċedura stabbilita.
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti.
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.
|
(4) |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
|
(5) |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter.
|
(6) |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |