This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0454
Case T-454/13: Judgment of the General Court of 1 March 2017 — SNCM v Commission (State aid — Maritime cabotage — Aid implemented by France in favor of the Société Nationale Maritime Corse Méditerranée (SNCM) and the Compagnie Méridionale de Navigation — Service of general economic interest — Compensation for an additional service to the service of Basis to cover peak periods during the tourist season — Decision declaring aid to be incompatible with the internal market — Concept of State aid — Advantage — Altmark judgment — Determination of the amount of aid)
Kawża T-454/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Kabotaġġ marittimu — Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għal servizz kumplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Sentenza Altmark — Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”]

ĠU C 121, 18.4.2017, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-454/13) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Kabotaġġ marittimu - Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kumpens għal servizz kumplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Sentenza Altmark - Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”])
(2017/C 121/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Winckler, F.-C. Laprévote, J.-P. Mignard u S. Mabile, sussegwentement minn A. Winckler u F.-C. Laprévote, u fl-aħħar minn F.-C. Laprévote u C. Froitzheim, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p. 20).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS. |