This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0443
Case C-443/13: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 13 November 2014 (request for a preliminary ruling from the Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol — Austria) — Ute Reindl, representative of MPREIS Warenvertriebs GmbH, with liability v Bezirkshauptmannschaft Innsbruck (Reference for a preliminary ruling — Approximation of laws on animal health — Regulation (EC) No 2073/2005 — Annex I — Microbiological criteria applicable to foodstuffs — Salmonella in fresh poultry meat — Failure to comply with microbiological criteria found at the distribution stage — National legislation imposing a penalty on a food business operator active only at the stage of retail sale — Compatibility with EU law — Effective, dissuasive and proportionate nature of the penalty)
Kawża C-443/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol – l-Awstrija) – Ute Reindl, répresentant pénalement responsable de MPREIS Warenvertriebs GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Innsbruck (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji – Regolament (KE) Nru 2073/2005 – Anness I – Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel – Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur – Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi kkonstatat fl-istadju tad-distribuzzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut – Konformità mad-dritt tal-Unjoni – Natura effettiva, dissważiva u proporzjonata tas-sanzjoni)

ĠU C 16, 19.1.2015, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol – l-Awstrija) – Ute Reindl, répresentant pénalement responsable de MPREIS Warenvertriebs GmbH vs Bezirkshauptmannschaft Innsbruck
(Kawża C-443/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fil-qasam tal-ispezzjonijiet sanitarji - Regolament (KE) Nru 2073/2005 - Anness I - Kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel - Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji mikrobijoloġiċi kkonstatat fl-istadju tad-distribuzzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel li jintervjeni biss fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut - Konformità mad-dritt tal-Unjoni - Natura effettiva, dissważiva u proporzjonata tas-sanzjoni)
(2015/C 016/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat in Tirol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ute Reindl, rappreżentanta kriminalment responsabbli minn MPREIS Warenvertriebs GmbH
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Innsbruck
Dispożittiv
1) |
Il-punt 1 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011, tas-27 ta’ Ottubru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament, għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, tal-15 ta’ Novembru 2005, dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 1086/2011, fl-istadji kollha tad-distribuzzjoni, inkluż dak tal-bejgħ tal-imnut. |
2) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel u Nru 2073/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1087/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissanzjona operatur fis-settur tal-ikel, li l-attivitajiet tiegħu huma biss fl-istadju tad-distribuzzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott tal-ikel, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju mikrobijoloġiku msemmi fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu I tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk is-sanzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 178/2002. |