This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0165
Case T-165/12: Action brought on 11 April 2012 — European Dynamics Luxembourg and Evropaiki Dinamiki v Commission
Kawża T-165/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2012 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
Kawża T-165/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ April 2012 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
ĠU C 184, 23.6.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/17 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2012 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-165/12)
2012/C 184/30
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, innotifikata lir-rikorrenti fid-9 ta’ Frar 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ristretta EuropeAid/131431/C/SER/AL; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, innotifikata lir-rikorrenti fid-9 ta’ Frar 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ristretta EuropeAid/131431/C/SER/AL.
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, skont l-Artikolu 263 TFUE, minħabba ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod iktar preċiż, għat-tliet motivi segwenti:
|
(1) |
Fl-ewwel lok, minħabba ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza, peress li, anki wara l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2012, id-deċiżjoni appellata ma ppermettitx l-aċċess tal-offerenti għar-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni. |
|
(2) |
Fit-tieni lok, minħabba ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni:
|